🔗 ⚙️

Brussell from Kuntrabanda by Brikkuni

Tracklist
7.Brussell5:45
Lyrics

Minn ġo ħġieġa mtappna rajtu jimbota l-bagalja u jiċkien
Minn ġo ħġieġa mtappna rajtu jfarfar l-aħħar tislijiet
l-għażiż hija li mal-pluri-dekorati l-oħra qata’ l-biljett
u b’xiber sogħba sellem lill-blata u sebaħ fil-kontinent

isma meta trid ejja żurni ftit
għax hemm fuq sabiħ imma jagħmel il-ksieħ
u ħu ħsieb dak ir-riħ
misħun bl-għasel u mistrieħ

Rajtu jdub fix-xefaq
Bħal kewkba maż-żerniq
Il-qaħba milli kellha
Felħet ittik
Felħet ittik
Felħet ittik

l-imħuħ ta ġenarazzjoni li mingħalija lsienha sabet fil-qiegħ
ta kexxun fi Brussel fuq mejda t’ufficcju modern ‘Luxembourg’
pseudo-kittieba, artisti u politici li setgħu kmandaw ftit rispett unanimament xammru d-dubblett
fetħu blog u sarrfu ċ-ċekk

isma meta trid ejja żurni ftit
għax hemm fuq sabiħ imma jagħmel il-ksieħ
u ħu ħsieb dak ir-riħ
misħun bl-għasel u mistrieħ

Rajtu jdub fix-xefaq
Bħal kewkba maż-żerniq
Il-qaħba milli kellha
Felħet ittik
Felħet ittik
Felħet ittik

Credits
from Kuntrabanda, released November 16, 2008
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations