🔗 ⚙️

Litanija from BLU by Brodu

Tracklist
5.Litanija5:54
Lyrics

Dejjem ġo moħħi tkun

Ġnien tal-Eden - Le ma rridx inħares lejk
Arpa ta’ David - Le ma rridx inħares lejk
Sens tal-ħajja - Le ma rridx inħares lejk
Fl-inżul u fit-tlajja’ - Le ma rridx inħares lejk
Bħal raġġ tax-xemx fil-kesħa - Le ma rridx inħares lejk
Bħal biċċa xogħol lesta - Le ma rridx inħares lejk
Tittajjar ħelwa bħal ħuttafa - Le ma rridx inħares lejk
Il-prinċipessa tal-ħrafa - Le ma rridx inħares lejk

Din krudilta’! Tħallinix mill-ferħ insum.
Il-verita’; li ma rridx inħares lejk illum u nipprova ndum.
Kulma nixtieq hu li tiċħadni minnufih.
Għax int jixraqlek l-aħjar.
Il-għaliex int jixraqlek l-aħjar u jien biss ħmar.

Inti tgħammixni - Le ma rridx inħares lejk
U sbuħitek tinbixni - Le ma rridx inħares lejk
Int impossibbli - Le ma rridx inħares lejk
U moħħi tqallibli - Naħseb fik moħħi herrejt
Ixxennaqni - Le ma rridx inħares lejk
Meta tiġi tgħannaqni - Le ma rridx inħares lejk
Int ksur tal-liġi - Le ma rridx inħares lejk
Ħlewwietek iddaħħalni fi kriżi - Le ma rridx inħares lejk
Jien imriegħex - Le ma rridx inħares lejk
Kif narak nindiehex - Le ma rridx inħares lejk
Sirt ostaġġ tiegħek - Le ma rridx inħares lejk
Ħallini naħrab nitbiegħed - Le ma rridx inħares lejk

Din krudilta’! Tħallinix mill-ferħ insum.
Il-verita’; li ma rridx inħares lejk illum u nipprova ndum.
Kulma nixtieq hu li tiċħadni minnufih.
Għax int jixraqlek l-aħjar.
Il-għaliex int jixraqlek l-aħjar u jien biss ħmar.

Credits
from BLU, released February 15, 2021
Backing Vocals: Fiona Camilleri
Klarinett: Francesco Sultana
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations