🔗 ⚙️

Frawla from Maqsuma by Karmaġenn

Tracklist
5.Frawla4:13
Lyrics

Ix-xemx toqroslok għonqok, tgerrimlek xagħrek
Id-dmugħ ħafif f'għajnejk
Tieħu l-ħajja int u tkewwes xi ħaġa
Meta tiftaħ l-art b’imnifsejk

Tqaxxar il-ful, u malajr dufrejk jiħdaru
Bewsa fuq widnejk u malajr ħaddejk jiħmaru
Tgħallih ftit, ir-riħa tgħidlek li dabu
Tqatta’ t-tewm, tursin, nanieħ u bżaru
Tħawwad kollox flimkien u tagħsarlu lumija, u tferrex naqa bżar u melħ u żejt

Qomna tard, ma leħħaqniex il-protesta
Dwar il-bejgħ tal-art agrikola
Allura għaddejna s-suq u tpaxxejna bil-kulur
Inzertajna 'l claude, għednielu jiġi jiekol għandna

Ma nitkellmux bil-kliem
Meta nsajru flimkien
Nirriproduċu r-ritmi tal-art, m'aħniex vittmi
U Claude ġab kaxxa frawli mill-Imġarr
U l-insalata fewħet id-dar
U rajtek titbissem,
Misluta tad-deheb tiddi vjola fix-xemx
X'hemm isbaħ mir-riħa tat-tursin imqatta' frisk

Il-frawli u l-ful u biċċa kejk tal-vanilla
Ix-xufftejn jitkemmxu mbagħad
Il-platti posthom u tazza te bil-lumi

Tieħu l-ħajja int u tkewwes xi ħaġa
Meta tiftaħ l-art b’imnifsejk

Credits
from Maqsuma, released June 21, 2025
Drums: iz-Zizza
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations