🔗 ⚙️

Serjetà Biss from Maqsuma by Karmaġenn

Tracklist
2.Serjetà Biss4:16
Lyrics

Charlie tazza nbid jew tnejn m'għand Johnny
Mango lassi m'għand l-Afghan, kikkra te m'għand is-Selam
Dawk il-ħuġbejn impittra kemmxejn
Fuq daħka li ġġebdek u tbiegħdek fl-istess ħin

Taħwida bla tikketti, l-isbaħ ħsieb
Jien mara-raġel u familti magħmula mill-ħbieb
Dejjem ħrabt, mal-valuri qatt ma ntrabt
Mill-pronomi għala żobbi imma ħalluni nbul fil-kwiet

Il-borgiżi jibżgħu minna
Id-dinja tagħhom kemm hi fraġli, artifiċjali, idaħħkuni kemm jeħduha bis-serjeta
Charlie just Charlie u kulħadd jaf
Pittura ta' Nik Keter tibqa' f'moħħok jekk titqaċċat
Matthew u Nina qed jaħmu podcast u d-Decelis moħħu fl-għalqa

Min jheddidna teħduhomx bis-serjeta
Kull ma jimporta fl-aħħar dawk il-ftit mumenti żgħar
Meta titgezzez taħt siġra
U tqaxxar mandolina
U tkanta l-armoniji waqt li tinżel ix-xemx

Credits
from Maqsuma, released June 21, 2025
Drums: Michael Vella Zarb
Kitarra: Zack Walters
Armoniji: Maya Aarohi
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations