🔗 ⚙️

Spazju from Maqsuma by Karmaġenn

Tracklist
1.Spazju5:02
Lyrics

U jien hawn mingħalija ma tridnix
Hi ma tafx, jien ma nafx, jekk tafdax, jekk jien nafx
X’iġifieri tagħlaq bieba
Ir-riħa tagħha għada ddur id-dawriet miegħi
Hi ma tafx, jien ma nafx, jekk tafdax, jekk jien nafx
U ridt li riedet hi

U waqt li tieħu l-ispazju ibqa’ aħseb fija
L-ispazju dak li għaqqadna u tana l-ħbiberija
It-toroq tal-Ħamrun fihom sibna l-Geġwiġija
Il-vapur t’Għawdex u l-istess ħarsa lejn id-dija

Is-sabiħa dija u l-kobor ta’ kull ħaġa li tħoss
Hi ma tafx, jien ma nafx, jekk tafdax, jekk nien nafx
Ninfetħu għal xulxin
Xi dwejjaq li rrid immur nibni ħajja ġdida
U irrid, u hi trid, nikbru għeneb f’inbid, nixtieq li stajt nuriha did-diska

Għaddew sentejn, u kbirna t-tnejn, fl-ispazju fl-aħħar rajt
Il-rabja u l-paċi, qisni kaxxa tal-Baci, kemm tlift, kemm ħadt, kemm tajt
Il-manifest tal-maħbubin firidna minn xulxin
Imma l-Ħamrun hemm triq b'żewġ dellijiet mwaħħlin mal-ħajt

Credits
from Maqsuma, released June 21, 2025
Drums: iz-Zizza
LicenseAll rights reserved.
Tags
Recommendations